skip to content
The online toolbox for business entrepreneurs
current news & current events

Il-Gvern ihabbar iktar ghajnuna lin-negozji Maltin u Ghawdxin

 

  • Estiz il-perjodu tal-moratorju minn massimu ta' 12-il xahar ghal 18-il xahar
  • Estiz il-perjodu ta' differiment tat-taxxa, bil-hlas jibda jsir minn Mejju 2022
  • Ezenzjoni mit-taxxa fuq il-qligh kapitali fuq propjetajiet mibjugha minn negozji biex tithallas it-taxxa dovuta lill-Gvern

 

F'konferenza tal-ahbarijiet, il-Ministru ghall-Finanzi u x-Xoghol Clyde Caruana habbar iktar mizuri sabiex il-Gvern ikompli jghin l-istabilità finanzjarja tan-negozji Maltin u Ghawdxin f'dan iz-zmien tal-pandemija. 

Il-Ministru Caruana qal li f'April li ghadda meta giet imnedija il-Covid-19 Guarantee Scheme, amministrata mill-Bank Nazzjonali tal-Izvilupp, kien hemm l-aspettativi li l-aghar impatt tal-pandemija kien se jkun ghadda sal-ahhar tal-2020. Illum, huwa evidenti li l-effetti persistenti tal-pandemija qed ipoggu l-likwidità tan-negozji taht pressjoni kontinwa. 

Ghaldaqstant, il-Ministru Caruana habbar li l-perjodu massimu tal-moratorju taht il-Covid-19 Guarantee Scheme se jigi estiz minn 12-il xahar ghal 18-il xahar. Huwa qal li minn din l-estensjoni se jibbenefikaw kemm in-negozji, li se jkollhom iktar nifs li hu tant mehtieg sabiex jibqghu joperaw u kif ukoll il-banek, li mhux se jkunu esposti ghal certi riskji. Ghalhekk, il-Covid-19 Guarantee Scheme se tigi estiza mit-30 ta' Gunju 2021 sat-30 ta' Settembru 2021. 

Il-Ministru spjega wkoll kif id-definizzjoni ta' 'working capital' se titwessa' sabiex tinkludi wkoll l-ispejjez finanzjarji relatati mas-servizzi ta' self bankarju ghan-negozji li gew impattati b'mod negattiv mill-pandemija. Dan ifisser il-hlasijiet tal-imghax u l-hlas lura tas-self bankarju nnifsu. Dan se jghin sabiex inaqqas il-pressjonijiet immedjati fuq il-likwidità tan-negozji. 

Il-Ministru Caruana qal ukoll li l-mizura tad-differiment tat-taxxa se tigi estiza b'mod li l-perjodu ta' differiment issa se jkopri minn Awissu 2020 sa Dicembru 2021. It-taxxi eligibbli jinkludu t-taxxi kollha mhallsa minn min ihaddem. Il-hlas ta' dawn it-taxxi irid jibda jsir minn Mejju 2022. Il-Ministru spjega wkoll li l-ebda imghax jew penali mhu se jigi mpost fir-rigward tat-taxxi li se jigu differiti permezz ta' din l-mizura. Fl-istess waqt, din l-mizura mhix se tnehhi l-obbligu li wiehed jissottometti d-dokumenti necessarji hekk kif mitlub mil-ligi. 

Il-Ministru habbar ukoll li n-negozji li ghandhom bilanci tat-taxxa pendenti, se jinghataw koncessjoni ta' darba biex ihallsu t-taxxa dovuta lill-Gvern. Dawn in-negozji se jkunu ezentati mit-Taxxa fuq il-qligh kapitali meta jbighu proprjetà biex ir-rikavat imur ghall-hlas tat-taxxa dovuta minnhom. L-ezenzjoni se tkun qed tapplika fuq l-ammont ta' dhul mill-bejgh ta' proprjetà li huwa ekwivalenti ghall-ammont ta' taxxa li hija dovuta lill-Gvern sad-data tal-konvenju. Il-konvenju jehtieg li jkun iffirmat sa Marzu 2022.

 

 

24/03/2021 gov.mt
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. You may read about this on our Privacy Policy page.