skip to content
The online toolbox for business entrepreneurs
current news & current events

Skema gdida ‘Go-To-Market’ b’aktar minn €1.5M f’fondi kapitali biex jitwettqu progetti tal-R&I

Il-Kunsill Malti ghax-Xjenza u t-Teknologija (MCST), b’kollaborazzjoni mal-Bank Malti ghall-Izvilupp (MDB), nieda ‘Go-To-Market’, li hija skema gdida ta’ €1.5 miljun biex jitwettqu progetti tal-R&I. Permezz ta’ din it-tnedija qed titwettaq weghda elettorali kif ukoll mizura tal-Bagit 2022.

‘Go-To-Market’ jifforma parti mill-fond nazzjonali FUSION, fond li jghin ricerkaturi u imprendituri jwettqu progetti ta’ ricerka u innovazzjoni u huwa amministrat mill-MCST.

“Bit-tnedija ta’ din l-iskema u bil-ftehim li gie ffirmat illum, mhux biss qed inwettqu weghda ohra tal-Manifest Elettorali, imma wkoll se tigi fis-sehh mizura li thabbret fil-bagit li ghadda. Qed nahdmu bis-shih biex naghtu spinta lis-setturi tar-ricerka u l-innovazzjoni, kif ukoll ghajnuna lir-ricerkaturi u fl-ahhar mill-ahhar lill-ekonomija ta’ pajjizna,” qal il-Ministru ghall-Edukazzjoni, l-Isport, iz-Zghazagh, ir-Ricerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima.

Min-naha tieghu, is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, ir-Ricerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti sostna li l-Gvern jemmen f’ekonomija ghan-nies u permezz ta’ dan il-ftehim se jigi attirat aktar investiment minn intraprizi godda u anki ezistenti, b’inqas riskju.

Permezz tal-iskema ‘Go-To-Market’, l-MCST ser toffri sistema komprensiva ta’ appogg lill-inventuri biex jizviluppaw u jottimizzaw l-innovazzjonijiet taghhom. Din l-iskema se sservi wkoll bhala konkluzjoni ghac-ciklu ta’ zvilupp ta’ teknologiji godda promossi taht FUSION. Dan l-appogg huwa mfassal biex iwassal ghar-rilaxx kummercjali ahhari ta’ dawn it-teknologiji fis-suq globali. L-MDB kien fundamentali fit-twettiq ta’ din l-iskema, li tipprovdi kemm qafas ezistenti kif ukoll gharfien biex jigi zgurat li tinholoq skema b’disinn xieraq u effettiv.

Ic-Chairman tal-MCST Dr Jeffrey Pullicino Orlando qal li, “Kburin li qed inniedu dan il-programm gdid, li hloqna flimkien mal-MDB, biex nixprunaw ricerkaturi Maltin jizviluppaw u jottimizzaw l-innovazzjonijiet taghhom. B’hekk inkunu qed nindirizzaw lakuna ezistenti billi noffru kundizzjonijiet mill-aktar favorevoli biex il-qabza lejn il-kummercjalizzazzjoni tal-prodott jew servizz, li tehtieg investiment konsiderevoli, tkun mill-inqas esposta ghar-riskji.”

Ic-Chairman tal-MDB Prof Josef Bonnici qal li, “Huwa ta’ sodisfazzjon li b’din il-kollaborazzjoni se niffacilitaw access ghall-finanzjament f’zewg nicec importanti – start-ups u intraprizi li joperaw f’ambitu digitali u innovattiv. Dan se jkompli jaghti spinta biex l-ekonomija Maltija ssir iktar diversifikata, digitali, hadra u innovattiva.”

Wara t-tnedija tal-iskema ‘Go-To-Market’, gie ffirmat ftehim li jizgura li s-shubija produttiva bejn l-MDB u l-MCST tkompli ghall-beneficcju tal-imprendituri Maltin.

14/10/2022 mdb
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. You may read about this on our Privacy Policy page.