skip to content
The online toolbox for business entrepreneurs
current news & current events

“Il-poplu Malti u Ghawdxi jhobb lill-familja, il-qofol ta' kull poplu u nazzjon, is-sisien ta' kull socjetà li qed taspira dejjem ghal gejjieni ahjar ghal uliedha" – Speaker Anglu Farrugia

 low birth rate      low birth rate session

 

Fid-diskors li ghamel, l-Ispeaker qal li bejn is-snin disghin sal-lum, il-popolazzjoni fil-gzejjer Maltin zdiedet minn 365,392 ghal 535,064 fis-sena 2023. Ir-rata ta' zieda kull sena fil-popolazzjoni kienet ta' ftit anqas minn wiehed fil-mija fis-snin disghin, ghal kwazi 2.5 fil-mija fl-ewwel ghoxrin sena tas-seklu 21. Huwa qal li l-istatistika turi wkoll li Malta tinsab fit-tmien post fost il-pajjizi bl-oghla rata ta' densità ta' popolazzjoni ghal kull kilometru kwadru meta r-rata medja rigward densità tal-popolazzjoni fid-dinja hi ta' 16 il-persuna ghal kull kilometru kwadru.  L-Ispeaker Farrugia kompla billi qal li fis-sena 2000, ir-rata ta' densità tal-popolazzjoni f'Malta kienet ta' 1,267 persuna, illum, qrib 1,700 persuna ghal kull kilometru kwadru.  L-iSpeaker sahaq li jekk il-popolazzjoni ser tkompli tizdied b'din ir-rata, din jista' ikollha impatt negattiv fuq il-livell ta' ghajxien u dinjituz tal-persuna u anke s-sostenibbiltà ambjentali, kulturali, ekonomika, socjali tal-gzejjer Maltin.

Dwar ir-rata tat-twelid f'Malta, l-Ispeaker irrifera ghal EuroStat li qed turi li filwaqt ir-rata tat-twelid (fertility rate) fl-Unjoni Ewropea tul is-snin bejn 2012 u 2021 kienet ftit u anqas minn 1.55 fil-mija, ir-rata f'Malta nizlet fl-2019 ghal 1.15 fil-mija.  L-Ispeaker irrimarka li l-popolazzjoni Maltija mhix qed tiggedded ghax ir-rata hi anqas mir-replacement rate ta' tnejn, tal-omm u l-missier. Pajjizna jehtieg jaghraf l-importanza li n-numru tat-tfal jizdied ghal aktar minn tnejn f'kull familja l-ghaliex b'hekk biss tista' tibda tiggedded il-popolazzjoni Maltija. 

L-Ispeaker sahaq li pajjiz minghajr tfal hu wiehed mejjet u bla futur. Hu kompla billi qal li fic-cokon ta' pajjizna, b'tant limitazzjonijiet kemm bhala territorju u rizorsi naturali, kull persuna ghalhekk ghandha dimensjoni ta' aktar valur gholi f'Malta, ghaliex il-fakultajiet intellettwali, l-gherf u l-valuri ghonja, hiliet edukattivi, professjonijiet, snajja' u kapacitajiet fizici ohra, mhux biss izejnu lill-individwu, izda jaghtu lil Malta u Ghawdex dak kollu li hu necessarju biex bhala poplu jaspira ghal ghajxien dinjituz u wiehed tassew sostenibbli.

Il-konferenza kienet indirizzata wkoll mis-Segretarju Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru ghad-Djalogu Socjali Andy Ellul, il-Kap tal-Oppozizzjoni Bernard Grech, u l-MPs Claudette Buttigieg  u Alex Muscat, filwaqt li l-konferenza tkompliet titmexxa u nghalqet mid-Deputy Speaker David Agius.

https://c.connectedviews.com/01/SitePlayer/parliamentmalta?session=120177

18/07/2023 MEA
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. You may read about this on our Privacy Policy page.