skip to content
The online toolbox for business entrepreneurs
current news & current events

STQARRIJA MILL-UFFICCJU TAL-ISPEAKER Tnedija tal-ktieb dwar ir-Rata Baxxa tat-Twelid f’Malta – Sfida Ezistenzjali

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anglu Farrugia mexxa konferenza stampa li matulha l-Parlament ta' Malta u l-Malta Employers' Association (MEA) nedew il-ktieb intitolat Ir-Rata Baxxa tat-Twelid f'Malta – Sfida Ezistenzjali.

Dan il-ktieb jigbor fih l-interventi u l-kontribuzzjonijiet li saru mill-partecipanti kollha tal-Konferenza Nazzjonali dwar ir-Rata Baxxa tat-Twelid f'Malta li saret f'Lulju 2023 fil-Parlament ta' Malta b'kollaborazzjoni mal-Malta Employers' Association (MEA).

L-Ispeaker sahaq fuq is-sehem ta' ghaqdiet bhal Malta Employers' Association (MEA) u ohrajn bhala kollaboraturi tal-Parlament, li jwasslu l-veduti tal-imsiehba taghhom dwar proposti kemm fuq l-agenda tal-Parlament, izda wkoll iressqu ghad-diskussjoni aktar wiesgha temi ta' importanza nazzjonali. Permezz ta' dawn il-laqghat informali fil-Parlament, jissahhah aspett importanti ta' demokrazija parlamentari, il-partecipazzjoni attiva tal-pubbliku kemm fid-diskussjoni u fit-tehid ta' decizjonijiet importanti f'diversi oqsma ta' hajjitna, inkluz il-wirt u l-gid komuni taghna.

Il-Konferenza Nazzjonali dwar ir-Rata Baxxa tat-Twelid f'Malta titqies bhala importanti ghaliex il-partecipanti kellhom l-opportunità jiddiskutu suggett li joffri sfida ezistenzjali ghal pajjizna. L-Ispeaker fakkar b'dan li gej: “Pajjiz, poplu u nazzjon minghajr tfal ghandu jitqies bhala mejjet u bla futur. Meta nharsu lejn ic-cokon ta' pajjizna....kull persuna ghandha dimensjoni ta' valur aktar gholi. Il-fakultajiet intellettwali, l-gherf u valuri ghonja, hiliet edukattivi, professjonijiet, snajja' u kapacitajiet fizici ohra....jaghtu lil Malta u Ghawdex dak kollu li hu necessarju biex..... il-poplu jaspira ghal ghajxien dinjituz u wiehed tassew sostenibbli."

Hu fakkar l-imhabba li ahna Maltin u Ghawdxin ghandna lejn il-familja. Din ghandha titqies bhala l-qofol ta' kull socjetà. Hawn l-Ispeaker semma l-appell li kien sar biex tkun indirizzata l-problema tal-prezz tal-proprjetà. Dan qed iwassal ghal diffikultajiet kbar fuq iz-zghazagh taghna biex jiffurmaw il-familja taghhom. Hu tenna li ghalkemm l-awtoritajiet qed jaghmlu hafna tajjeb fil-qasam socjali, l-imgieba umana skorretta twassal biex jinbtu cirkustanzi li jistghu jxekklu l-izvilupp uman.=

L-ufficjali tal-Malta Employers' Association (MEA) tkellmu dwar l-effett lir-rata baxxa tat-twelid jista' jkollha fuq l-ekonomija u l-qaghda socjali f'Malta. Huma osservaw li l-età medja tal-haddiema Maltin qieghda toghla. Din qed twassal biex is-suq tax-xoghol f'Malta jiddependi fuq haddiema barranin.

Aspett li qed jolqot lill-kumpaniji Maltin tikkoncerna l-haddiema zghazagh Maltin li jitqiesu flessibbli, innovattivi u mharrga. L-MEA tishaq fuq l-importanza li jkollna bilanc fis-suq tax-xoghol ta' haddiema Maltin zghazagh mal-esperjenza ta' haddiema anzjani. L-MEA taghraf ukoll li pajjizi ohra jinsabu f'cirkustanzi simili bhal dawk ta' Malta. Dan ifisser li pajjizna rrid jikkompeti biex ikattar, izomm u jattira l-ahjar haddiema.

Il-konferenza kienet indirizzata mis-Sinjura Joanne Bondin u s-Sur Joseph Farrugia, President u Direttur Generali rispettivi tal-Malta Employers' Association – MEA, kif wkoll minn Claudette Buttigieg, Kelliema tal-Oppozizzjoni Pubblika, ix-Xandir Pubbliku u l-Glieda kontra d-Dijabete, u Malcolm Paul Agius Galea, Segretarju Parlamentari ghall-Anzjanità Attiva.

 

press conference - low birth rate

09/02/2024 MEA
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. You may read about this on our Privacy Policy page.